7 Harmony – Malti – Is-Sa L. Micallef – Matul din il-ġimgħa, l-istudenti tas-Seba’ Sena qegħdin ikomplu jwessgħu l-għarfien tagħhom dwar l-Imperattiv. Wara li qraw sett ta’ istruzzjonijiet u mmarkaw il-verbi fl-imperattiv, segwew proċess u ħolqu werrejja.

 

 

9 AllaPrima u 9 Sfumato – Malti – Is-Sa L. Micallef – Matul din il-ġimgħa, li hi ddedikata lill-forom ta’ arti differenti, l-istudenti tad-Disa’ Sena qegħdin jitgħallmu kif jiktbu Kitba ta’ Proċess. L-istudenti, wara li qraw sett ta’ istruzzjonijiet u mmarkaw il-verbi fl-imperattiv, segwew proċess biex joħolqu biċċa xogħol artistika bi fjuri tal-karti magħmulin minnhom stess.

 

Fil-ġimgħa ddedikata għall-forom kollha tal-arti, l-istudenti tas-7 Ensemble, interpretaw xi poeżiji li għamilna fil-klassi waqt il-lezzjonijiet tal-Malti. L-istudenti kkollaboraw flimkien u taw l-interpretazzjoni tagħhom kif riedu huma – permezz tal-mużika, iż-żfin, id-drama u l-arti.  Ir-ritratti mtella’ hawnhekk huma meħudin minn Kyle Jean Xuereb, student tal-media. Sa. C. Zerafa

Fil-ġimgħa ddedikata għall-forom kollha tal-arti, l-istudenti tas-7 Rhythm, interpretaw xi poeżiji li għamilna fil-klassi waqt il-lezzjonijiet tal-Malti. L-istudenti kkollaboraw flimkien u taw l-interpretazzjoni tagħhom kif riedu huma – permezz tal-mużika, iż-żfin, id-drama u l-arti. . Is- Sa C. Zerafa

Year 9 Sfumato – L-istudenti qegħdin ipinġu d-djar tagħhom b’rabta mat-tema tad-dar u l-kmamar.