L-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni se tkun qed tvara kampanja edukattiva permezz ta’ ‘Nestu n-Nemlu’. Dan il-karattru nħoloq mill-istudenti tal-iskola tal-Arti Viżwali u Performattiva. Fost diversi attivitajiet, Nestu se jkun qed jagħlem lit-tfal dwar il-ħiliet u s-snajja’ fil-kostruzzjoni u kif ukoll aspetti oħra ta’ saħħa u sigurtà fl-istess industrija.
F’attività li ttellgħet fil-Kulleġġ San Tumas Moore, l-istudent li ddisinja l-abbozz ta’ dan il-karattru, Jamie Casha, jispjega li uża nemlu għal fatt li dan l-annimal jaħdem u jġorr ħafna, l-istess, bħal ma jagħmel ħaddiem fil-qasam tal-kostruzzjoni.
https://www.facebook.com/story.php?story_fbid=1583228743606957&id=100057595383351&rdid=YnjsfkTcuuJVO5SY#
